Private għas-Seba' Visti - Nhar il-Ħamis ix-Xirka

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħamis, 18 ta' April 2019

Nhar il-Ħamis 18 ta' April, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace ser jorganizzaw 'Private' għas-Seba' Visti f'nhar il-Ħamis ix-Xirka. It-transport ser jitlaq mill-pjazza fit-8:00pm u ser inżuru bosta knejjes u wirjiet ġewwa l-Mosta, Ħal-Luqa, Raħal Ġdid u ż-Żejtun. Kull minn huwa nteressat sabiex jattendi, huwa ġentilment mitlub jibbukja l-post tiegħu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Tistaw ukoll tibbukjaw billi tikkuntatjawna fuq 79 900 752.

Grazzi.

Siltiet minn Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment" - CD Ġdida ta' Marċi Funebri mill-Banda Peace

Dan huwa CD ta' Marċi Funebri li ġie mniedi mill-Banda Peace din is-sena. Kull minn huwa nteressat jakkwista dan ic-CD, jista ġentilment jixtri dan ic-CD minn OTTO Clubhouse. Għal aktar tgħarif fuq dan ic-CD żżur - Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment" - CD Ġdida ta' Marċi Funebri mill-Banda Peace

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019


Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Servizzi Mużikali tas-Sajf 2019