Data tal-Attivita: Is-Sibt, 13 ta’ April 2019
Nhar is-Sibt, 13 ta' April, il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mas-Sezzjoni Tfal tas-Soċjeta' Mużikali Peace, għal ewwel darba fin-Naxxar ser jorganizzaw l-ewwel ċelebrazzjoni dedikata lill-Marija Addolorata għat tfal kollha. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir sabiex inrawwmu lit-tfal kollha bit-tradizzjonijiet sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Fit-3:45pm ser tibda din iċ-ċelebrazzjoni b'Quddiesa fil-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni tan-Naxxar.
Wara, Purċissjoni bl-Istatwa Ġdida ta’ Marija Addolorata mit-Tfal u Addoloxxenti, bis-sehem tal-Banda Peace.
It-tfal kollha mistednin jieħdu sehem u dawk li jixtiequ jipparteċipaw f’din il-Purċissjoni jistgħu jinkitbu fuq bażi ta’ first come first serve.
Applikazzjoni f’OTTO Clubhouse kuljum mis-7pm ‘l quddiem jew ċemplu fuq 79960520 (Anthony)
Tingħata tifkira lil kull parteċipant
Filmat: Festa Marija Addolorata mit-Tfal għat-Tfal (Filmat Promozzjonali)
Filmat: Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment" - CD Ġdida ta' Marċi Funebri mill-Banda Peace (Teaser)
Nixtiequ nfakkrukom li c-CD li ġie launched nhar il-Ħadd 17 ta' Marzu, qiegħed għal bejgħ. Kull minn huwa nteresat jista jixtri dan ic-CD minn OTTO Clubhouse.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 9 ta’ April 2019