Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 19 ta’ April 2019
Din is-sena is-Soċjeta' tagħna fiż-żmien il-Ġimgħa Mqaddsa ser tesebixxi wirja ta' purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira f'minjatura u mudell tal-ġirja tradizzjonali tal-Irxoxt fis-Sala Marija Bambina. Il-wirja jisimha 'WIRJA TRIQ IL-KALVARJU Imdawla bil-Fidi tas-Salvazzjoni' u ser tkun għal wiri mill-Ġimgħa 12 t' April sal-Ġimgħa 19 t'April.
Ħinijiet tal-Ftuħ
|
Matul il-Ġimgħa |
17:00 - 21:00 |
|
Sibt u Ħadd |
09:00-12:00 / 17:00 - 21:00 |
|
Ħamis ix-Xirka |
17:00 - 23:00 |
|
Ġimgħa l-Kbira |
09:00 - 13:00 |
|
Marċ Funebru: Alla Memoria di Antonio Mifsud - Mro. Lino Pirotta (Surmast Direttur tal-Banda Peace)
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 13 ta’ Marzu 2019