Ikla b'risq il-Festa ta' Marija Bambina 2019

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ottubru 2018

Hekk kif għaddiet il-Festa 2018, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' bdiet taħseb diġa għal Festa 2019 u sabiex inwettqu l-proġetti u l-ideat tal-Kummissjoni Żgħażagħ ikollna dejjem bżonn l-għajnuna qalbiena tagħkom. Għalhekk qiegħdin nistednuwkhom sabiex nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Ottubru fit-8pm ġewwa s-Sala Marija Bambina, tinngħaqdu flimkien magħna għal ikla Braġjoli jew Tiġieġ. 

L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter, Main Course: Braġjoli jew Tiġieġ u deżerta. 

Il-bookings huma miftuħin u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nħeġġikom sabiex ma tħallux għall-aħħar! 

Grazzi mill-qalb f'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ.

Filmat: Marċ Brijjuż ta' Mro. Andrew Coleiro

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 10 ta’ Ottubru 2018