BBQ fl-Ewwel Sibt tal-Bambina - 7 ta' Lulju

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 7 ta’ Lulju 2018

Hekk kif qiegħda toqrob il-Festa l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser jorganizzaw BBQ fl-Oratorju fis-7 ta' Lulju li jaħbat propju l-Ewwel Sibt tal-Bambina. 

Il-BBQ jibda fit-8:00pm. L-ikel ser jkun mqassam hekk: Appetizers, Mixed Grill u Dezerta.

Il-Bookings qiegħdin jittieħdu mingħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew minn OTTO Clubhouse. Għal aktar informazzjoni, tistaw tibgħatu messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook.

Nixtiequ ninfurmawkhom li dan il-BBQ ser ikun b'risq il-Festa għażiża tagħna ta' Marija Bambina 2018.

Id-diska tas-Soċjeta' Mużikali Peace

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 17 ta’ Ġunju 2018