Data tal-Attivita: Is-Sibt, 28 ta’ Ottubru 2017
Hekk kif għaddiet il-Festa 2017, kif forsi diġa tafu s-Soċjeta' tagħna ser ikolla ħafna mpenji fil-Festa tas-sena d-dieħla u għalhekk ma jistax jonqos li nibdew norganizzaw l-attivitajiet b'risq il-Festa 2018 sabiex inkunu nistaw ngħinu lis-Soċjeta'. Nhar is-Sibt 28 ta' Ottubru, s-Soċjeta' tistedinkhom sabiex tattendu għal Fenkata fis-Sala Marija Bambina mit-8:00pm il-quddiem. Ser ikun hemm ukoll l-għażla tat-tiġieġ għal min ma jkunx irid jiekol fenek. Il-bookings qiegħdin jittieħdu minn OTTO CLUBHOUSE jew mill-membri u helpers tas-soltu.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru 2017