Data tal-Attivita: Is-Sibt, 13 ta’ Mejju 2017
Nhar is-Sibt 13 ta' Mejju l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser torganizza Braġjolata b'risq il-Festa ta' Marija Bambina 2017. Il-flus li ser jinġabru f'din l-ikla ser imur kollhu b'risq il-Festa. L-ikla ser issir fis-Sala Marija Bambina, u tibda fit-8:00pm.
Waqt l-ikla ser ikun hemm Appetizers u Starter offruti, u bħala Main Course ser ikun hemm għażla bejn Braġjoli jew Tiġieġ.
Il-bookings huma miftuħin u jistaw jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Tħallux għal-aħħar!
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 25 ta’ April 2017