Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 14 ta’ April 2017
Il-Ġimgħa Kbira reġgħet waslet u din is-sena bħas snin ta' qabel is-Soċjeta' tagħna ser tagħti l-kontribut tagħha fil-purċissjoni ferm mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira nhar il-Ġimgħa 14 ta' April. Il-Banda Peace bħal kull sena ser tkun qiegħda ddoqq marċi funebri mill-isbaħ fejn din is-sena ser jiżżanżnu aktar marċi funebri.
Fl-isfond jinstema Marċ Funebru tas-Surmast Direttur tas-Soċjeta' Mro.Lino Pirotta bl-isem 'Alla Memoria Di Antonio Mifsud' li din is-sena ser jkun qiegħed jindaqq wkoll mill-Banda Peace matul il-purċissjoni
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 13 ta’ April 2017