Treasure Hunt - Nhar il-Ħadd 13 ta' Novembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 6 ta’ Novembru 2016

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tistieden lilek, lill-sħabek u familjari tiegħek sabiex tiffurmaw tim sabiex tipparteċipaw f'din it-Treasure Hunt nhar il-Ħadd 13 ta' Novembru mill-10:30am il-quddiem. Il-parteċipanti kollha ser jidħlu fiċ-ċans li jirbħu premju ta' €60 lit-tim rebbieħ u set ta' trophies li jingħataw lill-membri rebbieħa ta' din l-attivita'. Il-parteċipanti kollha ser jingħataw snack u drink.

DATA: Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016

Ħin: Mill-10:30am il-quddiem.

Tluq minn quddiem l-MFCC, Ta' Qali. 

 

Kulħadd huwa ġentilment mitlub sabiex jilbes ħwejjeġ u pappoċċ komdu għal din l-avventura li l-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħda tipreparalkom li żgur ser tibqaw tiftakruwa!

 

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħda titlob donazzjoni żgħira ta' €20 kull tim li jrid ikun kompost mill-inqas 4 membri biex jipparteċipa. 

 

Ibbukja t-tim tiegħek issa, billi tikkuntatjaw lill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ permezz il-facebook page tas- Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar jew ċempel fuq 7996 0520.

 

Inħeġġu lil kulħadd sabiex jipparteċipa' għal din l-attivita' li hija kemm għal persuni żgħażagħ kif ukoll għal adulti. L-għan ta' din l-attivita huwa li kulhadd jieħu gost flimkien bħala familja waħda. Ir-regolamenti tal-logħba jingħataw dakinhar. Wara l-attivita' ser ikun hemm ħin għal logħob u d-divertiment huwa garantit! Mela żżomu il-Ħadd 13 ta' Novembru 'free' u ejjew ħudu pjaċir magħna f'atmosfera familjari.

 

Kun attiv u aċċetta din l-isfida!! 

 

Narawkom ħbieb!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ottubru 2016


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify