It-Tieni Jum tat-Tridu - MARĊ POPOLARI - 5 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: It-Tnejn, 5 ta’ Settembru 2016

Nhar it-Tnejn 5 ta' Settembru, hija propja l-ġurnata fejn fin-Naxxar isir il-Marċ Popolari li dan l-aħħar qiegħed dejjem jiġbed ħafna aktar popolarita' fin-Naxxar kif ukoll minn-nies barra mill-lokal. Il-Banda Peace ser tagħmel il-MARĊ POPOLARI fit-toroq Markiż Scicluna, Castro, Misraħ ir-Rebħa, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, l-Paroċċa, Oratorju, San Ġorġ, l-Kbira u jispiċċa fil-Pjazza b'diversi SORPRIŻI fost il-brijju ul-entużjażmu taż-Żgħażagħ u l-Partitarji. Fl-aħħar tal-Marċ, ikun hemm it-tlugħ tal-istatwa ta' Marija Bambina fil-gallarija bid-daqq tal-innijiet, feature u spettaklu ta' karti, nar, dwal u laserTitilfuħx!

 

Promo tal-Festa 2016

 

Diska "Soċjeta' Peace"

 

Uħud mill-Features li ġewa murijja waqt il-Marċ Popolari fl-aħħar snin

Feature tas-Sena 2015 f'għeluq l-20 sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ

 

 

Feature tas-Sena 2014 f'għeluq is-sittin sena Anniversarju tal-Planċier u l-ħames snin Anniverarju tas-sit uffiċjali (website) tas-Soċjeta'

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 25 ta’ Awwissu 2016


1 
KG - Naxxar
01 Settembru 2016 10:54 AM
Ejja ha naghmlu marc sabih l-ahwa :)