VIA CRUCIS - Program ta' Mużika Sagra - 12 ta' Marzu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 12 ta’ Marzu 2016

Is-Socjeta' Muzikali Peace tan-Naxxar ghanda l-pjacir tipprezenta kompozzizzjoni originali ghall-banda mill-kompozitur Internazzjonali Malti Karl Fiorini. Dan ix-xoghol uniku ha jkun qed jindaqq ghall-ewwel darba nhar is-Sibt 12 ta' Marzu 2016 fil-Knisja Arci-Matrici u Arcipretali tan-Naxxar, fis-7:30pm.

'Via Crucis' hija kompozizzjoni muzikali ta' madwar 60 minuta li tikkonsisti fil-grajja tal-Passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu. L-erbatax -il Stazzjon tal-Via Sagra huma maghmulin minn Prologu Muzikali, l-innijiet medjevali 'Vexila Regis' u 'Stabat Mater', versi mill-Bibbja u Epilogu. Jakkumpanjaw il-Banda Peace ha jkun hemm is-Sopran Nicola Said, it-Tenur Charles Vincenti, il-Baritonu Joseph Lia u l-'Coro Bel Canto' taht id-direzzjoni ta' Mro. Hermann Farrugia Frantz.

Din ha tkun it-tieni kompozizzjoni bit-tema tal-Via Sagra li nkitbet fid-dinja wara dik ta' Franz Liszt li nkitbet fl-1878, u t-tieni bicca xoghol ta' Karl Fiorini kummissjonata mill-Banda Peace. Erba' snin ilu, fl-2012 il-kompozitur gie mitlub jikkomponi Kantata bl-isem ta' 'L-Ghanja tal-Paci' biex tikkomemora il-150 anniversarju tal-Banda Peace. Dan ix-xoghol ta' livell kbir kien ta dimensjoni kompletament differenti u aktar wiesa' minn dak li s-soltu mdorrijin nassistu mill-Baned Maltin.

Dan ix-xoghol impenjattiv ferm ha jkun qed jiderigih Mro.Lino Pirotta, surmas li zgur m'ghandux bzonn t'ebda ntroduzzjoni ghal hila kbira tieghu kif ukoll ghas-successi li kiseb personalment, kif ukoll mal-Banda Peace. Mro. Lino Pirotta din is-sena qed jimmarka b'ittri tad-deheb il-25 Sena tieghu bhala surmast tal-Banda Peace.

L-okkazjoni zgur ha tkun wahda specjali ghall-ezekuzzjoni tal-'Via Crucis'. Il-Knisja tan-Naxxar hija wahda mill-eqdem f'Malta u ghadha mimlija tradizzjonijiet sbieh marbuta ma' dan iz-zmien tal-Gimgha Mqaddsa. Ghalhekk ma jonqosx li l-Knisja tkun armata bid-damask iswed u s-sett tal-vari artistici f'ambjent uniku li zgur hadd ma ghandu jitlef.

Il-'Via Crucis' qed tigi mtella' grazzi ghal Malta Arts Fund u l-Kunsill Malti ghall-Arti, Hilltop Gardens, Ballut Blocks u Halmann Vella.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 17 ta’ Frar 2016


1 
Kevin Agius - Naxxar
23 Jannar 2016 11:51 AM
Bhala membru attiv f'din is-Socjeta', u bandist ta' din il-Banda, nhossni ferm onorat li f'anqas minn 3 snin ser inkun qieghed ndoqq muzika ohra ta' livell gholi hafna u ninsab cert li ser tintlaqa tajjeb minnghand dawk in-nies kollha li joghgobom jisimawa'. Proset lill-membri tal-Kummissjoni Banda u lill-dawk kollha li taw is-sehem taghhom sabiex il-Banda taghna tghajtuwa din l-opportunita' f'qasir zmien wara l-Cantata l-Ghanja tal-Paci.
K Grech - naxxar
01 Marzu 2016 02:19 PM
looking forward for 12th of march.

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify