Marċ Popolari tat-Tieni Jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: It-Tnejn, 5 ta’ Settembru 2022

Nhar it-Tnejn 5 ta' Settembru fit-8:30pm, il-Banda Peace ser tibda ddoqq minn Vjal ix-Xogħol, il-Pjazza, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, Parroċċa, Oratorju, San Ġorġ, Kbira u jispiċċa fil-Pjazza fost il-brijju u l-entużjażmu taż-Żgħażagħ u l-Partitarji. Fl-aħħar ikun hemm it-tlugħ tal-istatwa ta' Marija Bambina fil-gallarija, inawgurazzjoni tas-sorpriża, feature u spettaklu ta' nar, dwal u laser. Titilfuħx!

Festa 2018 - Marċ Popolari tal-5 ta' Settembru

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 27 ta’ Awwissu 2022