Data tal-Attivita: Is-Sibt, 23 ta’ Ottubru 2021
Nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru, mis-7:30pm ‘l quddiem, wara nuqqas ta’ diversi xhur ħa nkunu qed nirritornaw bl-ewwel attività soċjali fis-Sala Marija Bambina ġewwa l-każin tagħna, b’ikla laħam taż-żiemel. Din l-attività qed tittella’ skond il-protokolli fis-seħħ, għalhekk sabiex tattendi ċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa mandatorju u ħa jkun mitlub mad-dħul.
Postijiet huma limitati u għalhekk wieħed għandu jibbukkja l-post tiegħu minn qabel. Ser ikun hemm ukoll take away provdut - Pick up biss.
Starter: Platt Malti
Main:
Laħam taż-Żiemel biċ-Chips: €18
JEW
Half Chicken biċ-Chips: €15
Deżerta
Bookings minn OTTO Clubhouse jew ċemplu 79221224
Tħallux għall-aħħar!
Grazzi u narawkom!
Marċ: 'Come on Baldass' tal-Maġġur Anthony Aquilina
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 30 ta’ Settembru 2021