IKLA RIBS - Attivita' b'Risq il-Proġetti fil-Każin - 30 ta' Jannar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 30 ta’ Jannar 2021

Nhar is-Sibt, 30 ta' Jannar mis-6:30pm l-quddiem, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta', ser jorganizzaw l-ewwel ikla tas-sena 2021 - IKLA RIBS. Peress li ninsabu fl-għeqel tal-pandemijja, ddeċidejna li ma nagħmlux ikla fis-Sala Marija Bambina, pero' l-ikel ser jiġi mwassal fid-djar tagħkom (Free Delivery) jew tistaw tiġu u tiġbru l-ikel intom stess (Pick Up). 

Ikel:

Starter: Brushchetta;

Main Course: Full Rack Ribs jew Tiġieġ, Chips, Coleslaw u Deżerta.

 

Bookings minn OTTO Clubhouse jew ċemplu fuq 7922 1224.

Nixtiequ ninfurmawkom sabiex ma tħallux għal aħħar sabiex tordnaw l-ikel. L-ordnijiet ser jibqaw miftuħin sa nhar il-Ħamis 28 ta' Jannar.

Grazzi mill-Qalb! L-għajnuna tagħkom hija ferm apprezata.

Inħarsu b'determinazzjoni u ottimiżmu lejn il-Festa 2021!

Marċ Brijjuż mill-pinna ta' Mro. Andrew Coleiro - Il-Karmar

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Jannar 2021